Lokali Qorti

Jinżammu arrestati fuq falsifikar ta’ dokumenti

Żagħżugħ Albaniz ta’ 25 sena ngħata sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiżi għal tlett snin wara li tressaq il-Qorti akkużat li ffalsifika tlett dokumenti Taljani sabiex ikun jista jivjaġġa lejn ir-Renju Unit b’tama ta’ ħajja aħjar.

Filwaqt li l-barrani ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, huwa stqarr li wettaq żball u kellu jpatti ta’ għemilu. Jidher li l-Albaniż ammetta mal-Pulizija sa mill-bidu li xtara tlett dokumenti falsifikati minn pajjiżu għall-valur ta’ €1,200 sabiex ikun jista’ jivjaġġa lejn Manchester.

Intant f’każ separat, raġel ta’ 39 sena mill-Gambja nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti fuq akkużi simili madanakollu dan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.