Minbarra li dawn huma jiem ta’ festa, dan il-Milied għandu sinifikat speċjali għall-eċċellenza tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca, li se tkun qed tiċċelebrah għall-aħħar darba fl-ogħla kariga ta’ pajjiżna.
Net News staqsa lill-President ta’ Malta kif ser tqatta dawn il-jiem ta’ festi li ġeneralment huma s-simbolu tal-ġabra bejn il-familji.
Fl-aħħar jiem ir-raġel tal-President, Edgar Preca, tkellem ma’ ġurnal lokali – fejn insista li hekk kif it-terminu tal-mara tiegħu wasal fi tmiemu huwa ammetta li mhux ser iħoss in-nuqqas tal-Palazz ta’ San Anton.
Madanakollu stqarr li żgur ser iħoss in-nuqqas li jagħmel parti mill-Istrina, fejn spjega li din l-attività annwali hija l-wirja ċara tal-ġenerożità qawwija li hawn f’pajjiżna.
Bħal kull sena, l-Istrina se ssir fis-26 ta’ Diċembru, nhar l-għada tal-Milied.
//= $special ?>
