Sport Sport Ieħor

Matthew Cassar Torreggiani jirbaħ it-tournament tal-Masters tat-tennis

Matthew Cassar Torreggiani għeleb lil ħuh it-tewmi Bernard Cassar Torreggiani fil-finali 6-2, 3-6, 6-2 biex rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Masters tat-Tennis.

Matthew Cassar Torreggiani beda b’saħħtu u kiser is-service darbtejn biex rebaħ 6-2. L-avversarju tiegħu għolla l-livell fit-tieni set u rebħu 6-3, iżda Matthew Cassar Torreggiani żamm il-konċentrazzjoni biex rebaħ l-aħħar tournament fil-kalendarju annwali. Fis-semifinali hu kien għeleb Denzil Agius 6-1, 6-3 filwaqt li Bernard Cassar Torreggiani kien elimina lil Omar Sudzuka 1-6, 7-6, 6-4.

Din kienet l-ewwel darba wara ħames snin konsekuttivi li Matthew Asciak ma rebaħx din il-kompetizzjoni. Dan wara li kellu jirtira fit-tliet logħbiet skedati għalih fil-grupp.

Stefan Abela mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u Marketing tal-BOV flimkien mal-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis David Farrugia Sacco ppreżentaw it-trofew u l-flus tal-premju lil Matthew Cassar Torreggiani.

Tags