Lokali Qorti

Niġerjan jinżamm arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’ 3.5Kg kannabis

Niġerjan ta’ 21 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li nstab fil-pussess ta’ 3.5 kilogramma tad-droga kannabis.

Fil-Qorti nstema’ kif ż-żagħżugħ inqaad mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif kien għadu kif niżel pajjiżna minn tittjira li kienet ġejja minn Ruma.

Filwaqt li d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest hija lanqas ma kkontestat it-talba għall-iffriżar tal-assi.

Il-każ mistenni jkompli jinstema quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke fis-7 ta’ Jannar 2019.

Jinqabdu b’3.5kg kannabis fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta