Raġel ta’ 40 sena nżamm arrestat fuq akkużi li pprova jisraq id-diesel minn trakk fiż-Żejtun.
Il-każ allegatament seħħ għall-ħabta tas-1.30am fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda, meta t-trakk kien wieqaf fi Triq il-Labour.
Huwa kien ukoll akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu b’rabta ma’ każ ieħor, hekk kif ma kellux joħroġ barra matul il-lejl.
Charles Farrugia ta’ 40 sena, Malti mwieled l-Ingilterra u joqgħod Ħaż-Żabbar, ċaħad l-akkużi.
Il-prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard, talbet lill-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, biex titratta lil Farrugia bħala reċidiv.
//= $special ?>