Futbol Sport

Radja Nainggolan sospiż minn Inter

Il-midfielder Radja Nainggolan kien sospiż mill-klabb tiegħu Inter minħabba raġunijiet dixxiplinarji. Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li l-kawża prinċipali għal din is-sospensjoni hi li għal darba oħra l-Belġjan wasal tard għat-taħriġ ta’ dalgħodu.

B’hekk Nainggolan se jkun kostrett li jitlef il-logħba importanti li Inter għandhom l-Erbgħa kontra Napoli iżda mistenni jidħol lura għal-logħba ta’ wara. Nainggolan kien fil-formazzjoni inizjali fid-draw tas-Sibt li Inter kellhom kontra Chievo wara li tilef iż-żewġ logħbiet ta’ qabel minħabba li kien imweġġa’.

Inter ħabbru s-sospensjoni permezz tal-media tagħhom b’sentenza qasira li fiha kkomunikaw li Nainggolan jinsab sospiż momentarjament minħabba raġunijiet dixxiplinarji.

Tags