Ristorant f’Marsaskala lbieraħ spiċċa misruq wara li tliet persuni serqu xi flus u ħarbu minn fuq il-post fejn allegatament wieħed mill-persuni kelli arma tan-nar.
Dan intqal permezz ta’ stqarrija mill-pulizija fejn qalu li lbieraħ għall-ħabta tal-11.15 ta’ filgħaxija seħħet din is-serqa, li fiha fortunatment ma’ weġġa’ ħadd.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret diversi esperti biex jassituha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>