Sport Sport Ieħor

Setfiretotherain inaqqax ismu fuq il-Mediterranean Derby

(Ritratt: Mike Orland)

Rapport: Kenneth Vella

Illum wara nofsinhar fil-Marsa niżel is-siparju fuq l-istagun 2018 tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Dan permezz tad-59 u l-aħħar laqgħa tas-sena fuq sitt tiġrijiet. Minn dawn  spikkat l-aktar dik tal-galopp li nzertat il-finali 2018 tal-famuża Mediterranean Derby fuq distanza twila ta’ 1750m. Din intrebħet bi ftit mill-favorit Setfiretotherain ta’ Michael Sultana.

Seba’ żwiemel ħadu sehem fil-finali tal-galopp. Kienu bosta l-parteċipanti li kellhom bidu b’saħħtu mill-gaġġa tat-tluq, fosthom Bognor ta’ Demis Zammit. Kien madwar 600m mit-tmiem li Michael Sultana beda jitlob lil Setfiretotherain biex jibda jżid fil-giri fuq in-naħa ta’ barra.

Għalkemm dan irnexxielu jieħu l-kmand meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, it-tielet rebħa tiegħu, f’Malta u minn daqstant dehriet waslet biss wara li fl-aħħar metri xejjen bi tbatija l-isfida kbira ta’ Effywind (George Falzon) u li eventwalment spiċċa skwalifikat u ta’ Beykoz f’idejn it-Taljan Giuseppe Manuele. Bognor temm fit-tielet pożizzjoni.

Fi tmiem din il-finali, iċ-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg, ippremja lil Michael Sultana u lis-Sur Joseph Cauchi, is-sid l-ieħor taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Charles Gauci f’isem l-isponsors.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza qasira wkoll ta’ 2140m. Din żviluppat f’taqtigħa bejn erba’ żwiemel fid-dritta finali. Kien Ryan Bartolo li temm l-ewwel bi ftit b’Titan Du Closet. Dan minn Royal In (Brian Debono) u Twist Des Baux (Kevin Mifsud). Tipol De Nappes (Michael Ghigo) daħal warajhom f’dik l-ordni. Għal Titan Du Closet din kienet it-tielet rebħa f’pajjiżna u t-tieni konsekuttiva.

Ta’ min wieħed jinnota li fi tmiem ta’ dan l-istaġun, Rodney Gatt ġie kkonfermat bħala l-aħjar sewwieq tas-sena b’103 rebħiet, Dylan Baldacchino l-aħjar sewwieq żagħżugħ b’ħames rebħiet u Cesar Du Buillon temm l-aktar żiemel konsistenti bi tnax-il rebħa.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. All American Class (A. Ellul) Ħin – 2.50.3” (1.19.6”) 2. Classic Toll (A. Farrugia) 3. Petrus Du Viver (C. Cassar) 4. Cobalt De Martigny (E. Bowell)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Bad Boy (R. Delceppo) Ħin – 2.47.1” (1.18.1”) Ujipey Morvan (C. Seychell) 3. Voyou De Fanny (S. Schembri) 4. Tallion Prior (R. Mallia)

III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Volfoni Du Plessis (N.A. Fenech) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Very Welcome (A. Bartolo) 3. Tango d’Ostal (R. Briffa) 4. Uranus Darche (A. Cortis)

IV Tiġrija Finali Mediterranean Derby. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Setfiretotherain (M. Sultana) Ħin – (1.02.3”) 2. Beykoz (G. Manuele) 3. Bognor (D. Zammit)

V Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Titan Du Closet (R. Bartolo) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Royal In (B. Debono) 3. Twist Des Baux (K. Mifsud) 4. Tipol De Nappes (M. Ghigo)

VI Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Verjak Heulinois (J. Falzon) Ħin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Valse De Banville (J. Tabone) 3. Faro Sue Heikant (J. Azzopardi) 4. Artiste d’Alice (J. Busuttil)