Tottenham Hotspur kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva wara li għelbu l-isfida ta’ Everton 6-2 f’Goodison Park. B’din ir-rebħa huma saħħew it-tielet post u issa jinsabu żewġ punti biss taħt Manchester City.
Kienu Everton li fetħu l-iskor fil-21 minuta meta Gylfi Sigurdsson għadda vertikalment fuq ix-xellug lejn Dominic Calvert-Lewin li kkrossja fil-baxx lejn Theo Walcott li għeleb lil Hugo Lloris. Reazzjoni immedjata ta’ Tottenham waslet biex ġabu d-draw sitt minuti wara b’Heung-Min Son jieħu vantaġġ minn indeċiżjoni bejn il-gowlkiper Jordan Pickford u Kurt Zouma u rnexxielu jiskorja minn angolu ftit ristrett.
Tottenham marru minn fuq fil-35 minuta f’azzjoni maħduma tajba, bix-xutt fil-baxx mix-xellug ta’ Son ikun salvat parzjalment minn Pickford, u mir-rebound ikun pront Dele Alli li skorja fil-baxx. L-iskor sar 3-1 fit-42 minuta b’Harry Kane jiskorja mir-rebound wara li free-kick ta’ Kieran Trippier ħabat mal-wieqfa.
It-tim ta’ Pochettino kellu bidu mill-aqwa fit-tieni taqsima meta skorja r-raba’ gowl fit-48 minuta b’xutt mill-isbaħ ta’ Christian Eriksen li spiċċa fir-rokna ta’ isfel. Everton pruvaw jidħlu fil-logħba meta għamluhom 4-2 tliet minuti wara b’azzjoni personali mill-isbaħ ta’ Gylfi Sigurdsson.
Iżda Tottenham kabbru l-vantaġġ fil-61 minuta b’Erik Lamela jgħaddi tajjeb lejn Heung-Min Son li għadda l-ballun bejn saqajn Pickford. Kien għad fadal ħin biżżejjed għas-sitt gowl u dan seħħ fl-74 minuta bi kross perfett mill-ewwel mix-xellug ta’ Son lejn Harry Kane li b’xutt mill-ewwel għar-rokna għeleb lil Pickford.
//= $special ?>