Lokali

IT-TARBIJA ABBANDUNATA: L-omm aġixxiet fl-aqwa interess tat-tarbija

Omm it-tarbija abbandunata f’Settembru li għadda, aġixxiet b’dan il-mod fl-aħjar interess tat-tarbija.
Din kienet il-konklużżjoni tal-esperti tal-Qorti fil-każ taċ-ċkejken Cristiano li kien safa abbandunat fl-entrata ta’ binja f’Buġibba fis-7 ta’ Settembru li għadda.

Il-ġurnal Times of Malt jirrapporta il omm it-tarbija ta’ 22 sena ma kienet qalet lil ħadd dwar it-tqala tagħha, lanqas lis-sieħeb tagħha.

Il-Qorti semgħet kif il-mara ħbiet it-tqala tagħha u minflok kienet tgħid li qed tiħxien. Hi qalet li s-sieħeb tagħha kien jgħidilha li jekk tkun tqila, hu mhux il-missier. Minkejja dan, minn testitijet tad-DNA li sarulu aktar tard, irriżulta li s-sieħeb tal-mara hu filfatt missier it-tarbija.

Fil-Qorti, l-mara spjegat kif dakinhar li twieldet it-tarbija hi kellha argument mas-sieħeb tagħha li refa’ jdejh fuqha.
Hi welldet it-tarbija waħedha, ħaslitha, libbsitha, geżwritha u ħallietha fl-ewwel post li sabet.

It-tarbija nstabet ftit tal-ħin wara u ttieħed l-isptar għal testijiet fejn instab li kienet tinsab f’kundizzjuoni ta’ saħħa tajba ħafna. Instab ukoll li t-tarbija kellha biss ftit sigħat u kien għad għandha l-kurdun imqabbad.

Ftit jiem wara, t-tarbija ttieħdet il-Creche tas-sorijiet tal-Ursolini, fejn hemm ukoll ħuh ta’ sena.

Il-Maġistrat Joe Mifsud fid-digriet tiegħu qal li m’għandha tittieħed l-ebda azzjoni fil-konfront tal-mara u ordna investigazzjoni fuq is-sieħeb tagħha wara allegazzjonijiet li għamlet l-istess mara dwar vjonlenza fiżika.

Il-Qorti ordnat li ma jiġux ippukklikati l-ismijiet tal-mara jew partijiet oħra f’dan il-każ.

Il-Maġistrat Joe Mifsud