Id-data tal-25 ta’ Diċembru tkun mistennija minn kulħadd. Għalkemm il-festa hija deskritta bħala waħda Nisranija, għaliex ikun iċċelebrat it-twelid ta’ Ġesu’ Bambin, xorta waħda tkun iċċelebratha bi kbir fid-dinja kollha, minn popli ta’ twemmin differenti.
Għalina l-Maltin, l-element Nisrani, nissugraw ngħidu li għadu preżenti kemm fil-preparamenti kif ukoll fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġurnata tal-Milied innifisha. Wara l-erbat iħdud tal-Avvent, nhar lejlet il-Milied filgħaxija s-Soċjeta’ tal-Mużew torganizza l-purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesu’ Bambin. Imbghad tibda l-velja għal ħabta tal-ħdax, segwita mill-quddiesa ta’ nofs il-lejl bil-priedka tat-tfal.
Apparti l-aspett reliġjuż, ħafna jkunu ilhom jippreparaw kif se jqattgħu lejlet u nhar il-Milied, fejn jispikkaw attivitajiet li fihom wieħed jiċċelebra mal-familjari u l-ħbieb.
Net News mar fit-toroq biex jistaqsi lin-nies b’liema mod jippreferu li jqattgħu l-ġurnata tal-Milied.
Minn qalbna nawguraw li dan il-Milied ikun wieħed ta’ għaqda u li ħadd ma jħossu waħdu f’dan il-jum għażiż.
//= $special ?>
