Lokali

Kilimanjaro Challenge: Grupp ta’ zgħazagħ jibdew il-vjaġġ

17-il żgħażugħ u żgħażugħa llum bdew il-vjaġġ tagħhom lejn l-Afrika bil-għan li jitilgħu sal-quċċata tal-muntanja Kilimanjaro.

Iż-żgħażagħ li bħalissa jinsabu fi triqthom lejn it-Tanzania, se jkunu qed jagħmlu dan sabiex jiġbru fondi biex jgħinu lil komunità Etjopjana.

Din se tkun it-12-il darba li grupp Maltin se jkunu qed jidħlu għal din l-isfida u tul il-11-il edizzjoni ta’ qabel inġabru ‘l fuq minn €720,000 li marru għat-twettiq ta’ għaxar proġetti fl-Etjopja u l-Kenja.

Il-proġetti huma kollha mendija mill-Missionary Movement Jesus in Thy Neighbour, li l-fundatur tiegħu hu l-mibki Fr George Grima.

Din is-sena l-grupp żgħażagħ għandu ix-xewqa li bil-fondi miġbura jitkompla proġett tal-bini ta’ ċentru għat-tfal b’diżabilità f’bonga. Proġett li kien beda Fr Grima qabel miet fl-2017.
Sabiex jitwettad dan il-proġett, li b’kollox se jkun sewa €1.2 miljun, jonqos jinġabru €90,000.
Il-proġett se jkun twettaq kollu bis-saħħa tal-ġenerożità tal-poplu Malti.

Kull min jixtieq jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jilħaq l-għan tagħhom jista jagħmel id-donazzjonijiet tagħhom fuq dawn in-numri:

Telefon

51502084 – €5

51602028 – €10

51802095 – €25

SMS

50618062 – €4.66

50618861 – €6.99

50619261 – €11.65