Lokali

AĠĠORNATA: Nirien fi blokka appartamenti l-Gżira

Wara li kmieni dagħodu għall-ħabta tal-4.00am issejjħu l-pulizija tad-distrett tal-Gżira fi blokka appartamenti, minn dettalji li ħarġu fil-media jidher li dawn in-nirien setgħu tqabbdu apposta.

Jidher li dan sar meta xi persuni daħħlu numru ta’ tyres… li tqabbdu fil-komun ta’ blokka fi Triq ir-Rebħa, l-Gżira. L-inċident ġara kmieni filgħodu u kien dak il-ħin li ssejjħu l-membri tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien.

Fuq il-post issejjħet ukoll ambulanza li ħadet mara ta’ 67 sena residenti l-Gżira l-isptar Mater Dei. Iktar tard sar magħruf li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

Intant 19-il persuna oħra ingħatat assistenza medika fuq il-post.

Sorsi qalu li fil-blokka kien qed isir użu ta’ sustanzi u mhux eskluż li l-inċident hu marbut ma’ traffikar ta’ droga. L-istess sorsi qalu li minn fuq il-post ġew elevati xi sustanzi llegali.

Il-pulizija qed tinvestiga il-każ.