Internazzjonali

Wara t-tsunami tas-Sibt, iktar twissijiet fl-Indoneżja

Debris littered a property badly damaged by a tsunami in Carita, Indonesia, Sunday, Dec. 23, 2018. The tsunami occurred after the eruption of a volcano around Indonesia's Sunda Strait during a busy holiday weekend, sending water crashing ashore and sweeping away hotels, hundreds of houses and people attending a beach concert. (ANSA/AP Photo/Fauzy Chaniago) [CopyrightNotice: Copyright 2018 The Associated Press. All rights reserved.]

Hekk kif in-numru tal-vittmi mit-tsuanmi li laqat l-Indoneżja fi tmiem il-ġimgħa issa qorbu t-300, l-awtoritajiet qed iwissu n-nies li hemm possibbiltà ta’ tsunami ieħor.

Dan minħabba l-attività kontinwa fil-vulkan li kkawża t-tsunami tas-Sibt. Tsunami b’mewġ għoli 20 metru li kaxkru l-kosta tul Sumatra u Java. Hu maħsub li l-attivita volkanika hu riultat ta’ valangi taħt l-art li kkawżaw il-mewġ enormi.

Sadattant kien hemm kritika għaliex it-tagħmir ta’ twissija tat-tsunami ma ħadimx. Dan it-tagħmir irriżulta li kien iffukat aktar fuq terremoti milli fuq -attivita volkanika. Dan apparti li t–tagħmir li kien hemm fil-baħar kien kilu ma jaħdem mill-2012. Madankollu ntqal li anki kieku kien qed jaħdem dan it-tagħmir, it-twissija li kien jagħti ma kienx ikun biżżejjed.

Hu mistenni li n-numru tal-vittmi jkompli jikber Dan hekk kif il-ħidma tas-salvataġġ qed tiġi mfixkla mill-ammont ta’ debris li qed jimblokka t-toroq.