Anzjan ta’ 69 sena residenti Ħal Lija jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara inċident tat-traffiku f’Ħal Lija stess. Hu qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta hekk kif għall-ħabta ta’ 9:30am kien hemm impatt bejn żewġ vetturi tat-tip BMW. Iż-żewġ karozzi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni tal-Mosta.
Waqt li l-anzjan kellu bżonn il-kura, żagħżugħ ta’ 22 sena li kien qed isuq il-vettura l-oħra, u li hu residenti Birkirkara, ma sofriex ġrieħi.
Għal xi ħin, parti mill-bypass kellha tingħalaq għat-traffiku kawża ta’ dan l-inċident. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>