Internazzjonali

ARA: Koppja Maltija tesperjenza l-iżbroff tal-Etna mill-qrib

Familja Maltija li f’dawn il-jiem tinsab Sqallija, ġibdet filmat mill-qrib tal-iżbroff tal-vulkan Etna, liema żbroff deher ukoll minn xi partijiet f’Malta.

Attività kontinwa matul il-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta madwar l-vulkan Etna f’Sqallija. Dan hekk kif l-attività qawwija tal-vulkan kienet akkumpanjata minn tal-anqas 150 terremot bl-aktar wieħed qawwi jkun reġistrat lejn it-8.30 tat-Tnejn filgħaxija bil-qawwa ta’ 4 fuq l-Iskala Richter.

Minħabba l-qilla tal-iżbroff u d-duħħan u l-irmied li qed jarmi, l-ajruport ta’ Katanja nfetaħ parżjalment b’limitu fuq it-titjiriet li jistgħu jitilqu jew jinżlu.

Minħabba t-theżżiż tal-art li qed ikun hemm kienet sospiża wkoll iċ-ċirkolazzjoni fuq il-ferrovija Messina- Katanja u Sirakuża.

Tags