Attività kontinwa matul il-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta madwar l-vulkan Etna fi Sqallija. Dan hekk kif l-attività qawwija tal-vulkan kienet akkumpanjata minn tal-anqas 150 terremot bl-aktar wieħed qawwija jkun reġistrat lejn it-8.30 tat-Tnejn filgħaxija bil-qawwa ta’ 4 fuq l-Iskala Richter.
Minħabba l-qilla tal-iżbroff u d-duħħan u l-irmied li qed jarmi, l-ajruport ta’ Katanja nfetaħ parżjalment b’limitu fuq it-titjiriet li jistgħu jitilqu jew jinżlu.
Minħabba t-theżżiż tal-art li qed ikun hemm kienet sospiża wkoll iċ-ċirkolazzjoni fuq il-ferrovija Messina- Katanja u Sirakuża.
//= $special ?>