Lokali Qorti

Ikkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi u kisru l-paċi pubblika u l-libertà proviżorja

Żewġ irġiel tresqu l-Qorti t’Għawdex b’akkużi li wieħed ikkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li t-tnejn li huma kellhom akkużi li kisru l-paċi pubblika u l-libertà proviżorja.

Niġerjan ta’ 24 sena tressaq il-Qorti hekk kif kien akkuża li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi lil raġel ta’ 30 sena u li volontarjament kiser il-paċi pubblika.

In-Niġerjan residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, allegatament kiser ukoll il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li kellu.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Hu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Minn naħa l-oħra, Somalu ta’ 30 sena, residenti l-Munxar Għawdex ittella’ l-Qorti minħabba li kiser volontarjament il-paċi pubblika kif ukoll talli kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Iż-żewġ każijiet ġraw fit-23 ta’ Diċembru fix-Xlendi, limiti tal-Munxar Għawdex.

Fiż-żewġ każijiet, il-posekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri filwaqt li l-imputati ġew imressqa separatament quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Anthony J. Vella.