Lokali

Iqattgħu l-Milied iferrħu lit-tfal rikoverati fl-Isptar Mater Dei

Partitarji ta’ Ħamrun Spartans imorru fis-swali tal-Isptar Mater Dei biex iferrħu lit-tfal f’jum il-Milied.

Din kienet xi ħaġa li mhux soltu wieħed jara hekk kif il-partitarji wieħed isibhom f’xi ground waqt li logħba futbol ta’ Ħamrun kontra xi tim tal-futbol ieħor.

Madanakollu, diversi persuni ddeċiedew li l-allegrija li soltu wieħed isib f’xi ground, għal ftit imexxuha ġewwa s-swali tal-Isptar biex iferħu liċ-ċkejknin li bħalissa qiegħdin jieħdu l-kura u ma jistgħux iqattgħu dan il-jum id-dar mal-familjari tagħhom. Dawk preżenti bdew idoqqu numru ta’ strumenti waqt li marru f’diversi swali.

Waqt din l-inizzjattiva nġabru donazzjonijiet li se jkunu qiegħdin jingħataw lil għaqda non governattiva, Puttinu Cares.

Jakkumpanja dawn il-partitarji kien hemm il-President ta’ Ħamrun Spartans, Gaetano Debattista.