Internazzjonali

Ix-xewqa għall-paċi tiddomina l-messaġġ tal-Papa f’Jum il-Milied

Il-Papa Franġisku awgura għall-fraternità bejn il-persuni ta’ kull nazzjon, kultura, dawk b’ideat differenti imma li kapaċi jisimgħu u jirrispettaw lil xulxin.

Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Papa Franġisku waqt Urbi et Orbi f’Jum il-Milied, fejn elenka sensiela ta’ ġlied u persekuzzjoni li għaddej madwar id-dinja.

Appella b’mod speċjali lill-Palestinjani u Iżraeljani biex jibdew mill-ġdid il-proċess ta’ diskussjoni bejniethom biex jiġi fi tmiemu kunflitt li ilu għall-aħħar sittin sena jippersegwita l-art magħżula mill-Mulej biex juri l-imħabba tiegħu lejn il-popli.

Irrefera wkoll għall-konflitti fis-Sirja, fil-Yemen, l-Ukraina u l-Afrika, liema konflitti qed joħolqu mijiet ta’ eluf ta’ rifuġjati.

Sadattant fl-omelija tal-Quddiesa ta’ nofsillejl tal-Milied, il-Papa Franġisku appella lill-popli biex ikunu inqas egoisti. F’Betlem, il-Mulej qasam il-ħobż, l-ikel tant bżonnjuż għalina, imma ma kilux hu iżda qasmu ma’ dawk madwaru.