Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ raġel ta’ 40 sena residenti s-Swieqi nstab mejjet fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.
Il-ġisem tar-raġel instab għall-ħabta ta’ 6:45am u hu maħsub li miet kawża ta’ overdose.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali, bil-Maġistrat Audrey Demicoli ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>