Lokali

“Niftakru f’dawk li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija” – il-messaġġ tal-Milied tal-Kap tal-PN, Adrian Delia

Niftakru f’dawk li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija. Dan kien il-qofol tal-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-okkażjoni tal-Milied.

Fil-messaġġ tiegħu, Adrian Delia sellem ix-xogħol tal-forzi tal-ordni, it-tobba, il-paramedici u l-voluntieri li jgħinu lil ħaddieħor.