Din hija il-poeżija tat-tfajjel Josef Mangion parti mill-prietka tal-Milied b’differenza waqt il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied tal-grupp Belong li saret fil-Knisja ta’ Sant’Anna fiż-Żebbiegħ it-Tnejn filgħaxija.
Il-prietka tesprimi l-ferħ li t-tfajjel sab lill-ġenituri adottivi u l-ġenituri sabu lilu grazzi għall-adozzjoni tiegħu mis-Slovakkja.
Staqsejna lil missier Josef, Eemer Mangion dwar is-sinifikat ta’ dan il-Milied.
Huwa kompla jelabora dwar x’wassalhom jaqsmu din l-esperjenza m’oħrajn propju fil-lejl tal-Milied.
Dan il-ġest altruist ġie fl-isfond li l-prietka f’din il-quddiesa partikolari ma tkunx waħda solita kif naraw fil-parroċċi. Denise Ellul u Anthony Baldacchino, l-awturi tal-poeżija, ħejjew awdjoviżwal ta’ 20 minuta li permezz tagħha żewwġu din l-istorja mal-ġrajja tan-Nattività. Huma bdew minn meta fl-Antik Testment Abram u Sarah ma setgħux ikollhom tfal sakemm fit-Testment seħħet it-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija, imqabbla mat-tħabbira li Eemer u Maria se jsiru ġenituri adottivi.
Maria Mangion temmet tispjega kif ħejjew lit-tfal għal din il-prietka.
//= $special ?>