Lokali

S’issa twieldu disa’ trabi f’Jum il-Milied

Il-Jum tal-Milied s’issa ġab rigal speċjali lill-ġenituri ta’ erba’ subien u erba’ bniet li s’issa twieldu fl-Isptar Mater Dei.

L-ewwel wild, Jade, waslet ftit wara s-sagħtejn ta filgħodu. Segwewha tliet subien infila u wara tliet bniet infila. Ftit wara d-9.30 ta’ dalgħodu twieldu żewġ subien oħra.