Spezzjonijiet tal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, matul il-lejl li għadda, wasslu għall-arrest ta’ sitt persuni li kienu fil-pussess tad-droga.
L-arrestati, li nqabdu waqt spezzjonijiet fi stabbilimenti tad-divertiment fil-Gżira u Paceville, għandhom età ta’ bejn is-17 u 38 sena bi tlieta li huma Maltin u tlieta oħra Libjani.
Fil-pussess ta’ żewġ Maltin u t-tliet barranin instabet sustanza suspettata pjanta tal-kannabis, waqt li l-Malti l-ieħor, residenti l-Isla, kellu fuqu madwar 100 pillola ecstasy.
Il-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli qed tmexxi inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>