Flus. Hekk irrisponda bla esitazzjoni ta’ xejn Fr Hilary Tagliaferoo meta mistqosi b’mod tanġibbli x’inhu dak li jl-aktar jitolbdu dawk li jħabbtu l-bibien tal-Millenium Chapel.
Net News tkellem ma Fr Hilary dwar il-missjoni tal-Millenium Chapel, l-isfidi li tiffaċċja, u kif dawn inbidlu tul it-18 -il sena li ilha taħdem.
Il-Millenium Chapel toffri kenn spiritwali, materjali, soċjali u anke psikoloġiku hekk kif tistinka biex tilħaq il-bżonnijiet ta’ dawk l-aktar fil-bżonn.
Staqsejna lil Fr Hilary x inhuma l-akbar sfidi li qed jara. Hu ddeskriva dan bħala l-akbar sfida għas-soċjetà u għall-Gvern.
Fr Hilary rrefera wkoll għad-diffikultajiet li jsibu persuni b’kulturi differenti u li qed jippruvaw jibnu futur b’pajjiżna, sabiex isibu r-rispett tagħna bħala poplu u dwar ir-responsabiltà li għandna bħala nsara li ma ngħalqux għajnejna għal min qed ibati.
Hu qal ukoll li n-nuqqas ta’ valuri qed inawwru s-soċjetà Maltija. Spjega kif kiber il-materjaliżmu u l0-konsumiżmu u twarrab Alla. Fr Hilary qal li hu għalhekk li titkisser il-paċi fil-qlub.
Mistoqsi x’inu l-appell għall-pubbliku li jista jgħin b’xi mod, Fr Hilary qal li t-talb u l-ħin huma l-aktar żewġ affarijiet li huma meħtieġa. Hu qal li kull min jista’ jitlob għall-bżonnijiet ta’ dawk li b’xi mod qegħdin fil-bżonn ikun diġa qed jgħin ħafna u dawk li jistgħu jagħtu mill-ħin tagħhom ikunu qed jgħinu ftit.
Hu rringrazzja lill ħafna benefatturi spjega kif il-Millenium Chapel tagħmel dak li tista biex tgħin anke b’affarijiet materjali lil dawk li jinsabu f’xifer il-faqar, u fl-aħħarjiem qassmu mijiet ta’ hampers lill-familji li qed ibatu finanzjarjament..
Il-Millenium Chapel bl-għajnuna ta’ benefattur se tkun qed torganizza ikla għal madwar 150 ruħ li jinsabu fil-bżonn fost attiviatjiet oħra u għajnuniet li tat fl-aħħar jiem.
//= $special ?>