Lokali

Illum L-Istrina

Bħal kull sena, illum qed issir l-Istrina. Maratona ta’ 12-il siegħa fejn il-poplu Malti u Għawdxi mistieden jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Preżenti għall-ftuħ tal-Istrina kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn għamel l-appell tiegħu.

Wara li wieġeb it-telefonati, tkellimna mal-Kap tal-Oppożizzjoni fejn qalilna li għalih l-Istrina hija taħlita ta’ min għaddej minn tbatija, tfal li għaddejjin minn kollox iżda qedgħin jieħdu sehem fl-Istrina biex jgħinu lil ħaddieħor.  Huwa kompla jgħid li ġġiegħelek titbissem meta tisma’ lin-nies iċemplu u jagħtu mill-ftit li għandhom u tara lil Malta u Għawdex kollha jiftħu qalbhom sabiex jgħinu.

Net News tkellem ukoll ma’ Megan Portelli tifla ta’ 13-il sena li  li telgħet l-isptar Londra aktar minn 30 darba, iżda fadlilha aktar operazzjonijiet x’tagħmel.

Hija qaltilna li mnella kienet l-Istrina għaliha għax kieku ma kinitx tkun possibli titla ta’ spiss Londra. Bagħtet ukoll l-appell biex kulħadd iċempel sabiex jgħin lilha u lil tfal oħra bħalha.

Matul l-Istrina diversi personalitajiet, fosthom politici, libsu kostumi u kantaw jew żifnu ma’ kanzunetti popolari b’risq din il-kawża.

Din se tkun l-aħħar edizzjoni tal-Istrina taħt il-patroċinju ta’ Marie Louise Coleir Preca hekk kif ftit tax-xhur oħra ttemm il-kariga tagħha bħala President.

L-Istrina tibqa’ għaddejja sa’ Nofsillejl u Net Television ser jibqa’ jxandar din il-maratona sa’ tard illejla.