Lokali

Isofri ġrieħi serji wara li jaqa’ għoli ta’ ħames filati

Ħaddiem li kien qed jagħmel xi xogħol fuq is-sistema tal-arja kundizzjonata fil-powerstation ta Delimara sofra ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ ħames filati, jew madwar metru u nofs, minn fuq sellum.

Jidher li r-raġel, Malti ta’ 45 sena residenti ż-Żejtun, sofra xi ġrieħ f’rasu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ wara nofsinhar u fuq il-post issejjħu membri tal-protezzjoni ċivili u tim mediku. Issejjħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li fetħet inkjesta.