L-ISIS qal li hu kien wara l-attakk terroristiku kontra l-bini tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fi Tripli. Attakk li fih tlett persuni nqatlu u 21 oħra ndarbu.
L-attakk beda bl-isplużjoni ta’ karozza bomba mal-bini u mbagħad terrorista sploda lilu nnifsu fit-tieni sular tal-bini. Kien hemm terrorista ieħor li miet wara li baskett li kien qed iġorr sploda filwaqt li terrorista ieħor inqatel mill-għassa li kien hemm mal-bini.
Tahar Siala, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, qal li wieħed mill-vittmi kien Ibrahim al-Shaibi, kap tad-Dipartiment fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
//= $special ?>

