Mara mill-Qrendi kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuti f’inċident tat-traffiku fil-Furjana.
Il-każ seħħ l-Erbgħa kmieni waranofsinhar hekk kif għal xi raġuni l-vittma ta’ 50 sena tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li baqgħet dieħla f’waħda mill-arkati fi Triq Sant’ Anna.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet ċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
//= $special ?>

