Internazzjonali

Ritratti: Terremot skala 4.8 fi Sqallija

Tkompli l-attività fuq il-vulkan Etna hekk kif għal ħabta tat-3.20 ta’ dalghodu nħasset theżżiża tal 4.8 fuq l-iskala Richter. Tal-inqas żewġ persun weġġgħu riżultat tat-terremot u ġew rapportati theżżiżiet f’għadd ta’ binjiet fl-inħawi.

It-theżżiżiet ikkaġunaw anke ħsarat f’xi bini.

F’din iz-zona inħassu egħxieren ta’ theżżiżiet minn nhar it-tnejn ‘l hawn minn mindu bdiet din l-aktar attività reċenti tal-vulkan.

Tul dan l-aħħar żbroff, ammont kbir ta’ rmied kesa l-irħula tal-madwar u kellu saħansitra jingħalaq l-ajurport ta’ Catania għal xi ħin. L-operat tal-ajuroport issa jidher i reġa ġie lura għan normal.

Intant persuni li kienu jinsabu fuq il-muntanja ġew imwissija biex jitilqu miz-zona.