Lokali

26-12-1984: Titpoġġa bomba fil-każin ta’ San Ġiljan

Kien fis-26 ta’ Dicembru tal-1984 li xi persuna jew persuni poġġew bomba taħt it-tarag tal-każin tal-Partit Nazzjonalista f’San Ġiljan. Pawlu Cremona, li kien il-każin dakinhar, induna bil-bomba u b’kuragg kbir harigha u ramieha fuq il-blat fejn hemmhekk splodiet.

Fil-Knisja ta’ San Ġiljan, l-Erbgħa filgħaxija ġiet ċċelebrata quddiesa f’memorja ta’ Pawlu Cremona fejn għaliha kien hemm preżenti l-Familja Cremona, is-Sindku ta’ San Ġiljan Gwido Dalli, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo, kandidati għall-elezzjoni tal-kunsill Lokali kif ukoll kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Kumitat Sezzjonali ta’ San Ġiljan Stefania Pirotta kif ukoll nies oħrajn li kienu preżenti fil-każin dakinhar li tpoġġiet il-bomba.