Internazzjonali

Fl-Indoneżja: Jiżdied l-allert minħabba l-iżbroffi kontinwi

L-iżbroff tal-vulkan Anak Krakatau.

Wara sensiela ta’ żbroffi, hemm mill-ġdid l-allert għall-vulkan fl-Indoneżja Anak Krakatau.

Intant it-titjiriet kollha li jgħaddu minn ħdejn il-vulkan issa qed jgħaddu minn rotta oħra u ġiet imposta żona ta’ esklużjoni ta’ ħames kilometri li fihom ġiet projbita kull tip ta’ attività.

L-aġenzija tal-immaniġjar tad-diżastri qalet li għolliet il-livell ta’ twissijiet minħabba l-iżbroffi kontinwi.

Intant is-Sibt li għadda, il-vulkan ikkawża tsunami li kważi qatlet 500 persuna, filwaqt li mal-150 persuna għadhom mitlufa, dan wara li l-istess tsunami kienet b’mewġ għoli 20 metru li kaxkar tul il-kosta ta’ Sumatra u Java.

S’issa huwa maħsub li aktar minn 16,000 persuna telqu jfittxu kenn ‘il bogħod minn darhom.