Internazzjonali

L-Awstrija: Sa 15 midruba waqt attakk fuq knisja fi Vienna

Aggressuri mhumiex identifikati, ftit tal-ħin ilu, attakkaw knisja fil-kapitali Awstrijaka, Vienna, fejn indarbu talanqas 15-il persuna.

L-ewwel rapporti qalu li żewġ irġiel bl-armi tan-nar daħlu fil-knisja ‘fost il-ħsejjes tal-isparar’, bil-membri tat-taqsima federali (COBRA) għal kontra t-terroriżmu jwieġbu minnufih għall-inċident — l-istess bħat-taqsima SWAT tal-Iskwadra tal-Pulizija għal kontra l-Irvellijiet.

Intant, il-Pulizija fi Vienna jiddubitaw li l-inċident kellu xi skop terroristiku.

Fl-istess ħin, u filwaqt li d-dettalji għadhom deħlin, l-Ambaxxata Russa fi Vienna qalet li hemm indikazzjonijiet li l-ħsieb wara l-attakk kien jinvolvi attentat ta’ serq.

Skont l-informazzjoni il-midruba kollha fl-attakk huma ħaddiema tal-knisja.