Il-kantanta u attriċi popolari Miley Cyrus ikkonfermat iż-żwieġ tagħha mal-attur Awstraljan, Liam Hemsworth. Dan wara li hi ċċirkolat ritratti taċ-ċerimonja taż-żwieġ – li qed jingħad li seħħ il-Ħadd li għadda – fuq il-mezzi tal-media soċjali.
Cyrus u Hemsworth kienu ltaqgħu kważi għaxar snin ilu, fil-lokalità fejn kien qed jinġibed il-film ‘The Last Song’. Sadanittant, ir-rapporti qalu li ċ-ċerimonja taż-żwieġ saret f’waħda mill-proprjetajiet ta’ Miley Cyrus fi Franklin, fl-Istat ta’ Tennessee u li attendew għaliha biss il-qraba u l-akbar ħbieb ta’ din il-koppja.
Miley Cyrus u Liam Hemsworth kienu taw l-engagement fl-2012 iżda xoljew kollox matul is-sena ta’ wara u sseparaw għal xi żmien. Intant, huma rranġaw id-differenzi u dehru flimkien mill-ġdid bħala koppja fl-2015, u minn liema żmien ‘il hawn, ir-relazzjoni ma ħarsitx lura.
//= $special ?>