Lokali

Ħinijiet ġodda għall-ġbir tal-ittri – tariffi ġodda għal posta reġistrata

Maltapost tavża li bi qbil mal-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni, il-ħlas għal ittra reġistrata lejn indirizz lokali se titla’ għal €2 filwaqt li ittra reġistrata lejn indirizzi barra minn Malta titla’ għal €5.

Il-ħinijiet tal-ġbir tal-posta mill-kaxxi tal-ittri se jkun fil-5.15p.m. minflok fis-7p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa filwaqt li s-Sibt, il-ġbir se jsir fin-12.30p.m. minflok fit-3p.m.

Dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ mill-bidu tas-sena l-ġdida.