Qorti

Ikompli jinstema’ l-każ tal-qtil ta’ Hugo Chetcuti

Erba’ tobba u tlett kuntistabbli tal-pulizija se jkunu qed jixhdu fil-każ tal-qtil ta’ Hugo Chetcuti fis-seduta li jmiss li ġiet skedata għad-9 ta’ Jannar li ġej.

Is-smigħ tal-każ ġie aġġornat għad-9 ta’ Jannar mill-Maġistrat Marsann Farrugia li qed tippresjedi l-kawża.

Il-każ kompla llum u tul is-seduta, l-espert tal-Qorti Martin Bajada – espert fl-IT u l-Komunikazzjoni ippreżenta kopja tar-rapport tiegħu lill-Qorti.

Illum ukoll xehdu l-?Uffiċċjali tal-Pulizija Michelle Camilleri u Darren Debattista li ppreżentaw ir-rapporti tagħhom.

Il-Qori qed tisma’ l-każ kontra Bojan Cmelik li qed ikun akkużat bil-qtil tal-imprenditur magħruf Hugo Chetcuti. Chetcuti tilef ħajtu l-isptar wara li sofra ġrieħi fatali f’attakk b’sikkina kbira. L-attakk ġara fis-siegħat bikrin ta’ għodwa f’Lulju li għadda f’Paceville, propju f’lokal ta’ l-istess Chetcuti.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Lulju, u l-imprenditur Malti tilef ħajtu 6 ijiem wara l-attak, riżultat tal-ġrieħi li ġarrab.