Lokali

Jinqabad jivvjaġġa bi €11,256 mhux iddikkjarati

Matul il-lejl li għadda, Libjan li kien qed jivvjaġġa lejn Tunis inqabad jipprova joħroġ minn pajjiżna b’ammont ta’ flus f’muniti diversi u b’valur tal €11,256 mhux iddikkjarati.

Il-passiġġier ġie mwaqqaf mill-uffiċċjali tad-Diviżjoni ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dwana Maltija.

Peress li hu naqas li jiddikkjara dawn il-flus, l-istess flus ġew miżmuma mid-Dwana u l-passiġġier għadda f’idejn il-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi. Hu mistenna jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.

Skont il-liġijiet Ewropej, passiġġier li jkun qed jivvjaġġa b’il fuq minn €10,000 jrid jiddakkajara dan mad-Dwana qabel jibda’ l-vjaġġ tiegħu.