L-attriċi Amerikana famuża, Angelina Jolie, indikat li qed tikkunsidra li tidħol fil-politika f’xi żmien fil-futur.
Meta hi tkellmet waqt intervista mal-programm ‘Today’ għall-BBC, Jolie sostniet li hi kienet twarrab għal din il-possibbiltà xi 20 sena ilu, ‘iżda llum tinsab lesta li tmur fejn tista’ tagħti servizz jew tagħmel xi differenza’.
Angelina Jolie, minbarra li hi r-rappreżentanta speċjali għall-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, hi wkoll attivista impenjata f’numru ta’ issues li jinkludu kampanji kontra l-vjolenza sesswali u li qed jindirizzaw il-kriżi globali tar-refuġjati.
//= $special ?>

