Internazzjonali

L-ebda żblokk għall-Gvern Amerikan

Ikomplu l-problemi għall-Gvern ta’ Trump.

L-ebda żblokk fis-sitwazzjoni li sitt ijiem ilu għalqet l-uffiċċji tal-Gvern Amerikan wara li żewġ laqgħat tal-Kmamar tal-Kungress intemmew ftit mintui mill-bidu tagħhom mingħajr ma tittieħdet l-ebda deċiżjoni.

Il-Gvern Amerikan ilu sitt ijiem ma jiffunzjona kif suppost wara li l-Kungress naqas milli jilħaq ftehim dwar il-fondi għall-bini tal-ħajt fil-fruntiera mal-Messiku.

Il-ħaddiema tal-Gvern ilhom għal dawn l-aħħar jiem jaħdmu mingħajr ħlas jew fuq leave sfurzat.

Issa qed jidher li din is-sitwazzjoni se tippersisti sa minn tal-inqas il-bidu tal-2019.