Internazzjonali

L-Eġittu: Turisti mejtin u midruba wara li xarabank jintlaqat minn splużjoni

Numru ta’ turisti mietu jew indarbu meta x-xarabank li kienu fih, ftit tal-ħin ilu, intlaqat minn splużjoni waqt li kien għaddej miz-zona ta’ Haram — viċin il-Piramidi — fid-distrett ta’ Giza.

Il-Ministeru tal-Intern Eġizzjan ikkonferma, s’issa, li żewġ turisti tilfu ħajjithom u li talanqas tnax, inklużi turisti Ċiniżi, indarbu fl-isplużjoni.

Il-media Eġizzjana qed tgħid li x-xarabank ġarrab qerda kbira minn tagħmir splussiv li kien tpoġġa fit-triq.

Id-dettalji għadhom deħlin…..