Lokali

Qabda ta’ ‘l fuq minn 7 miljun sigarett tal-kuntrabandu

Id-diversi taqsimjiet tad-Dwana Maltija nżammu bieżla ferm f’dawn l-aħħar jiem tas-sena.

Fl-aħħar biċċa xogħol li kellha d-Dwana, it-taqsima tal-Monitoraġġ tal-Kontejners, dik tad-Drittijiet tal-Propjetà Intelletwali u t-tim tal-iScanning kienu fost it-taqsimiet involuti fil-qabda ta 7.73 miljun sigaretti foloz tal-kuntrabandu.

Is-sigaretti nstabu f’kontejner li oriġina mill-port Olandiż ta’ Rotterdam u kien destinat għat-Tuneżija.

Dawn is-sigaretti jtellgħu it-total ta’ sigaretti ta’ kuntrabandu maqbuda din is-sena għal iktar minn 56 miljun. Figura rekord għad-Dwana ta’ Malta.

Il-kumpanija li f’Malta hija r-rappreżentanta legali ta’ din id-ditta ta’ sigaretti, li hija propjetarja ta’ diversi marki reġistrati, ikkonfermat l-illegalità ta’ din il-konsenja u ppreżentat rikors il-Qorti dwar il-każ.