Futbol Sport

Titħabbar il-mewt tal-eks chairman ta’ Arsenal Peter Hill-Wood

Tħabbret il-mewt tal-eks chairman ta’ Arsenal Peter Hill-Wood fl-età ta’ 82 sena. Hu kien sar chairman tal-Gunners fl-1982 u kien fit-tmexxija meta l-klabb ħatar lil George Graham u Arsene Wenger bħala managers tal-klabb. Bejniethom dawn iż-żewġ kowċis rebħu ħames darbiet il-kampjonat, ħames darbiet l-FA Cup, il-League Cup u t-Tazza tat-Tazzi.

Hill-Wood kien irriżenja mill-kariga f’Ġunju tal-2013 minħabba mard, bis-suċċessur tiegħu jkun Sir Chips Keswick. Il-klabb ta’ Arsenal qal li hu kien strumentali biex il-klabb iċċaqlaq b’suċċess minn Highbury għal Emirates Stadium fl-2006. Hill-Wood kien daħal fil-bord ta’ Arsenal f’Awwissu tal-1962 u sar chairman wara l-mewt ta’ missieru Denis Hill-Wood.

Tags