Sport Sport Ieħor

Wild Oats XI jirbħu l-line honours fl-74 edizzjoni tat-tellieqa bejn il-portijiet ta’ Sydney u Hobart

(Ritratt: EPA)

Wara ġurnata 19-il siegħa, seba’ minuti u 21 sekonda, Wild Oats XI daħal l-ewwel għal-line honours fl-74 edizzjoni tat-tellieqa klassika bejn il-portijiet ta’ Sydney u Hobart fl-Awstralja. Sena ilu, Wild Oats ukoll kienu daħlu l-ewwel iżda tneħħielhom il-line honours minħabba ksur tar-regolamenti. Din id-darba wkoll huma fiċ-ċentru ta’ kontroversja.

Immexxija minn Mark Richards, Wild Oats daħlu 28 minuta qabel il-maxi yacht ta’ Pete Harburg u l-iskipper Mark Bradford – Black Jack. Warajhom daħlu Comanche u Infotrack.

Mat-tħabbir tar-riżultat u l-ewwel ċelebrazzjonijiet, Harburg u Bradford ressqu protest fejn sostnew li s-sistema ta’ identifikazzjoni tal-jottijiet tul it-tellieqa kollha trid tkun dejjem attiva. Wild Oats min-naħa tagħhom sostnew illi dawn l-akkużi kienu infondati. Din kienet id-disa’ darba illi Wild Oats rebħu l-line honours bid-dwell ikun bosta drabi ma’ Comanche.