Lokali

Garaxx u residenza jinħakmu minn nar f’Baħar iċ-Ċagħaq

Ħadd ma’ weġġa’ meta nar li beda minn garaxx ta’ villa f’Baħar iċ-Ċagħaq infirex għall-istess residenza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa, tas-Sibt wara nofsinhar, fi Triq Qalet Marku, f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili li waslu fil-post u rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.