Lokali

Ħadd ma jweġġa’ wara nar fi kċina ta’ lukanda fil-Qawra

Ritratt mill-akivji

Ħadd ma weġġa’, wara li nħoloq nar fi kċina ta’ lukanda fil-Qawra. In-nar ġie kkontrollat f’qasir żmien u mill-aktar fis mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.00, meta għal xi raġuni ġie kkawżat nar fil-kċina, li tinsab fuq in-naħa ta’ wara tal-binja u tintuża bħalha l-‘pastry kitchen’.

Fuq il-post marru l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, li ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni u li immedjatament ġew evakwati l-persuni li kienu qegħdin fil-viċinanzi.