Ingliż sofra xi ġrieħi wara li ttajjar fil-limiti tan-Naxxar għall-ħabta tas-6.15 tas-Sibt filgħija. L-inċident seħħ fi Triq il-Kosta.
Ir-raġel ta’ 49 sena li jgħix San Pawl il-Baħar ittajjar minn karozza tat-tip Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 47 sena li jgħix il-Mellieħa.
Skont informazzjoni li għandna jirriżulta li qabel seħħ l-inċident, il-vittma u sewwieq ieħor kienu qed jitlewmu bejniethom fit-triq, meta fid-daqqa u l-ħin wieħed mill-irġiel intlaqat minn karozza oħra.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, iżda mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Ingliż sofra ġrieħi f’rasu.
Fuq il-post marru jassistu wkoll il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, u tim mediku tar-Red Cross.
//= $special ?>