Lokali

Stqarrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni​ u tal-Partit Nazzjonalista

Filwaqt li nnota b’dispjaċir “l-allegazzjonijiet malizzjużi li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali,” il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li se jkun qiegħed iżomm “mal-qbil milħuq fil-Qorti li ma jsirux kummenti pubbliċi dwar is-separazzjoni biex jipproteġi l-interess u l-benesseri ta’ wliedu.”

Fi stqarrija, Adrian Delia ddikjara hekk: “Bl-ebda mod ma jien se nċedi għal attentati malinni li jdawru din il-kwistjoni minn waħda personali għal waħda politika.”