Sirjan ta’ 22 sena, Muhammed al Ahmed li kien ilu mill-14 tax-xahar jissielet għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei, tilef ħajtu fl-aħħar sigħat.
Fl-inċident, iż-żagħżugħ li hu residenti f’Birkirkara kien waqa’ ħames sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, fil-Gżira.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, biż-żagħżugħ jispiċċa f’shaft ta’ lift. Hu kien sofra ġrieħi serji, bil-kundizzjoni tiegħu mill-ewwel tidher kritika.
//= $special ?>