Briju, ferħ, iżda fuq kollox sodisfazzjoni. Dan hekk kif iktar minn 200 persuna inġabru Tas-Sliema fejn sfidaw il-kesħa li jġib miegħu Diċembru u qabżu jgħumu. Inizjattiva bl-isem ta’ ‘Santa’s Swim’ li saret b’risq il-Malta Community Chestfund Foundation.
Għall-20 edizzjoni nġabru €10,000 minn dawk kollha li attendew filwaqt li matul dawn is-snin kollha, b’kollox inġabru €120,000.
Net News tkellem ma’ wħud minn dawk li kienu għadhom kemm telgħu mill-għawma ta’ 200 metru.
Minkejja t-temp sabih li l-ġurnata tal-Ħadd ġabet magħha, il-kesħa ma naqsitx.
L-organizzatriċi ta’ din l-inizjattiva organizzata minn Thomas Smith Insurance, Liana Cachia stqarret li l-kesħa ma waqfitx in-numru sabih ta’ nies biex jaqbżu jgħumu.
L-iżgħar persuna li kien hemm jgħumu kien tifel ta’ sentejn filwaqt li l-ikbar kien ta’ 82 sena.
Għal din l-inizjattiva attendiet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li tgħat bidu għal din l-inizjattiva filwaqt li dawk kollha li pparteċipaw ingħataw medalja.
Preżenti kien hemm membri tal-protezzjoni ċivili sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom f’każ ta’ bżonn.
//= $special ?>